22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/44
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2016 – Paice vs EUIPO – Blackmore (DEEP PURPLE)
(Kawża T-328/16)
(2016/C 305/60)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ian Paice (Londra, ir-Renju Uit) (rappreżentanti: M. Engelman, Barrister u J. Stephenson, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DEEP PURPLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 772 721
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 736/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, fi kwalunkwe mod li tara xieraq, jiġifieri li t-trade mark tiġi miċuda kollha hemm hija fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikkorent fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy