16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/32
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Hello Media vs EUIPO – Hola (#hello media group)
(Kawża T-331/16)
(2016/C 296/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hello Media, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hola, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “#hello media group” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 441 317
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2016, fil-Każ R 2012/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni B 2 336 371 għall-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 441 317;
—
tiddikjara l-għoti tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 441 317 “#hello media group” (b’element grafiku).
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy