22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/45
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 minn FN, FP u FQ mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ April 2016 fil-Kawża F-41/15, DISS II FN et vs CEPOL
(Kawża T-334/16 P)
(2016/C 305/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: FN (Budapest, l-Ungerija), FP (Bratislava, is-Slovakkja), FQ (Les Fonts Benitachell, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ April [2016] fil-Kawża F-41/15 DISS II, FN et vs CEPOL, u bħala konsegwenza,
—
tannulla d-deċiżjoni CEPOL Nru 17/2014/DIR tat-23 ta’ Mejju 2014, li tipprovdi għar-rilokazzjoni ta’ CEPOL f’Budapest, l-Ungerija, mill-1 ta’ Ottubru 2014 u li tinforma lill-appellanti li “[n]-nuqqas ta’ osservanza ta’ din l-istruzzjoni ser titqies bħala riżenja b’effett mit-30 ta’ Settembru 2014”,
—
tannulla d–deċiżjonijiet CEPOL tat-28 ta’ Novembru 2014, li jiċħdu l-ilmenti tal-appellanti mressqa bejn it-8 u l-21 ta’ Awwissu 2014, kontra d-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2014,
—
tordna liċ-CEPOL tikkkumpensa d-danni materjali u morali sostnuti mill-appellanti,
—
tordna liċ-CEPOL tbati l-ispejjeż tal-appellanti relatati ma’ dan l-appell u fil-Kawża F-41/15 DISS II.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi skont l-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg”).
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jorbtu lill-appellanti u lil CEPOL u tad-drittijiet miksuba tal-appellanti, żnaturament tal-fatti, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ diliġenza.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tat-talbiet għal kumpens tal-appellanti.
Full & Egal Universal Law Academy