16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/35
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO)
(Kawża T-336/16)
(2016/C 296/45)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gianni Versace SpA (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 992 435
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2016 fil-Każ R 1005/2015-1
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tirreġistra t-trade mark Nru 11992435 għall-prodotti kollha mitluba mingħajr ħsara għal dawk diġà konċessi;
—
tikkundanna lill-kontroparti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2016 hija vvizzjata minn eżami insuffiċjenti tal-provi li juru l-użu insuffiċjenti tat-trade marks azzjonati tal-kontroparti, apparti li ma evalwatx b’attenzjoni fid-dawl tal-fatturi rilevanti kollha l-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks u bejn il-prodotti.
Full & Egal Universal Law Academy