16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/36
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACCINO)
(Kawża T-337/16)
(2016/C 296/46)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gianni Versace SpA (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “VERSACCINO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 957 685
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ April 2016, fil-Każ R 1172/2015-1
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tirreġistra t-trade mark Nru 11 957 685 għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni, bla ħsara għal dawk li fir-rigward tagħhom l-applikazzjoni diġà ntlaqgħet;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2016 hija ppreġudikata mill-bidu nett u hija vvizzjata minħabba l-eżami insuffiċjenti tal-provi, iżda fuq kollox minħabba evalwazzjoni superfiċjali tat-trade marks mill-aspett tal-konfużjoni fl-għarfien tal-lingwa Taljana li għaliha jidher li qiegħed jagħmel riferiment l-EUIPO.
Full & Egal Universal Law Academy