22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/46
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 minn Richard Zink mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ April 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-77/15, Zink vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-338/16 P)
(2016/C 305/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Richard Zink (Bamako, il-Mali) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tieni Awla), tal-11 ta’ April 2016, fil-Kawża F-77/15 (Zink vs Il-Kummissjoni);
—
tannulla d-deċiżjoni tal-PMO li tillimita l-ħlas tal-allowance tal-espatrijazzjoni, li tħalla barra bi żball mill-1 ta’ Settembru 2007, għal perijodu ta’ ħames snin;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lill-appellant l-allowances tal-espatrijazzjoni li għandu dritt għalihom mill-1 ta’ Settembru 2007, flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rati stabbiliti mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid miżjuda b’żewġ punti fuq l-ammonti diġà mogħtija lill-appellant bħala arretrati fuq ir-remunerazzjoni (allowance tal-espatrijazzjoni) u dawk li għadhom dovuti, mid-data ta’ skadenza rispettiva tagħhom, u dan sal-ħlas komplet wara li jitnaqqsu l-ammonti diġà mħallsa;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell l-appellant jinvoka erba’ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolamenti tal-Persunal.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità tal-atti tal-Kummissjoni.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tal-limitazzjoni għal 5 snin tal-arretrati dovuti.
4.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.