29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/27
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2016 – Ville de Paris vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-339/16)
(2016/C 314/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ville de Paris (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Assous, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannnulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 1 simbolika bħala kumpens għad-dannu kkawżat lill-Ville de Paris minħabba l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nullità tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1; iktar ’il quddiem, ir-“regolament ikkontestat”) minħabba inkompetenza dovuta għall-użu mhux xieraq mill-Kummissjoni Ewropea tal-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni għandha titqies li hija inkompetenti ratione materiae u li kisret il-forom proċedurali sostanzjali fl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nullità tar-regolament ikkontestat minħabba l-ksur tar-regoli primarji, tad-dritt derivat fil-qasam ambjentali, kif ukoll tar-regoli sussidjarji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tan-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt ambjentali Ewropew, kif ukoll tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi.
Fir-rigward tal-parti tar-rikors li tirrigwarda l-kumpens, ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċirkustanzi għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni huma sodisfatti, sa fejn, fl-ewwel lok, ir-regolament ikkontestat jinkludi irregolaritajiet kemm proċedurali kif ukoll sostanzjali, fit-tieni lok, ir-regolament ikkontestat ħoloq dannu reali u ċert fuq ir-rikorrenti u, fit-tielet lok, ir-rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-Kummissjoni u d-dannu allegat ma hijiex ikkontestata.