8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/34
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – De Masi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-341/16)
(2016/C 287/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Fischer-Lescano)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-aċċess limitat għad-dokumenti tal-grupp “kodiċi ta’ kondotta”;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza konformement mal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tikkundannaha għall-ispejjeż ta’ eventwali intervenjenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tal-membri parlamentari li jirriżultaw mill-Artikolu 230(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 10(2) TUE, ikkunsidrati fid-dawl tal-obbligi li tingħata informazzjoni.