29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/29
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Blackmore vs EUIPO – Paice (DEEP PURPLE)
(Kawża T-345/16)
(2016/C 314/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Edwards-Stuart, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ian Paice (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DEEP PURPLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 772 721
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 880/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-appell
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest ta’ dan l-appell.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ammetta l-prova prodotta fil-5 ta’ Novembru 2014;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li kien hemm prova suffiċjenti ta’ xi valur ta’ twillija fuq il-bażi tal-prova li ġiet prodotta fil-ħin;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta qies li l-prova kienet suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-parti li qed topponi kellha dritt għal sehem f’xi valur ta’ twillija.