22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/47
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – CSL Behring vs EUIPO – Vivatrex (Vivatrex)
(Kawża T-346/16)
(2016/C 305/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CSL Behring AG (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vivatrex GmbH (Aachen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “VIVATREX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 677 788.
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2016 fil-Każijiet Magħquda R 1263/2015-4 u R 1221/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tat-30 ta’ April 2015, mogħtija fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 241 613 sa fejn din ċaħdet l-oppożizzjoni;
—
tikkonferma l-oppożizzjoni Nru B 2 241 613 kollha kemm hi;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy