16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/39
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2016 – Kinepolis Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-350/16)
(2016/C 296/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kinepolis Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għanuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN), implementata mir-Renju tal-Bejġju;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni;
—
fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn l-artikoli (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li ma humiex dawk li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv”, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala miżura selettiva.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u żball manifest ta’ evalawzzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.
Full & Egal Universal Law Academy