29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/30
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – Ville de Bruxelles vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-352/16)
(2016/C 314/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ville de Bruxelles (il-Belġju) (rappreżentanti: M. Uyttendaele u S. Kaisergruber, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat;
konsegwentement:
—
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6);
—
tikundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 37 u 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-premessi 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 2007, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1), tal-Anness I ta’ dan ir-regolament, kif ukoll fuq l-eċċess u l-użu ħażin ta’ poter li wettqet il-Kummissjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5bis(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124), tal-premessa 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE, tas-17 ta’ Lulju 2006, li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU 2006, L 76M, p. 100), tal-premessa 25 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, tal-Artikolu 5(3) ta’ dan l-aħħar regolament, kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tadotta r-regolament ikkontestat u fuq l-eċċess ta’ poter imwettqa minnha.