16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/40
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2016 – adp Gauselmann vs EUIPO (MULTI FRUITS)
(Kawża T-355/16)
(2016/C 296/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MULTI FRUITS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 646 542
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 fil-Każ R 1043/2015-5
Talbiet
—
tirrikonoxxi li l-appell tagħha quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament;
Full & Egal Universal Law Academy