22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/50
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 – Brita vs EUIPO – Aquis Wasser-Luft-Systeme (maxima)
(Kawża T-356/16)
(2016/C 305/67)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brita GmbH (Taunusstein, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Maaßen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aquis Wasser-Luft-Systeme GmbH (Rebstein, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 128 639 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 99/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-11 ta’ Novembru 2014 u tirriformhom fis-sens li tintlaqa’ l-oppożizzjoni u li l-estensjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea hija rrifjutata għar-reġistrazzjoni internazzjonali RI 1128639, “MAXIMA”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b), kif ukoll tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy