10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/9
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Dimos Athinaion vs Il-Kummisjsoni
(Kawża T-360/16)
(2016/C 371/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Dimos Athinaion (Comune di Atene) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: G. Georgakarakos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannnulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (1) u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka tliet motivi:
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 191 TFUE, li jistabbilixxi l-għanijiet tal-linja politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-ambjent.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li fih hemm sanċit id-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.
3.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 2007, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. (2)
(1) ĠU L 109, p. 1
(2) ĠU L 171, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy