29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/31
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 – TBWA\London vs EUIPO (MEDIA ARTS LAB)
(Kawża T-361/16)
(2016/C 314/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TBWA/London Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “MEDIA ARTS LAB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 238 308
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ April 2016, fil-Każ R 958/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat il-konklużjoni tal-eżaminatur li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni kienet deskrittiva u ma kellhiex karattru distintiv għal dawk il-prodotti u s-servizzi li għalihom ġie deċiż li kienet deskrittiva u li ma kellhiex karattru distintiv;
—
tawtorizza l-pubblikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 238 308; u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
L-Uffiċċju ma ħax inkunsiderazzjoni kif xieraq is-servizzi li għalihom ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;
—
L-Uffiċċju ma eżaminax debitament it-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fl-intier tagħha, iżda huwa qasam it-trade mark f’żewġ partijiet filwaqt li uża d-definizzjonijiet ta’ MEDIA ARTS u MEDIA LAB u kkonstata li dawn il-partijiet huma deskrittivi. Huwa ma indirizzax l-effett tat-trade mark fl-intier tagħha;
—
L-Uffiċċju naqas milli jaċċetta li t-trade mark hija ħafna iktar impenetrabbli mid-deċiżjoni PIPELINE, li fuqha huwa jibbaża ruħu;
—
Minkejja l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (u bi ksur tiegħu), l-Uffiċċju ma segwiex il-prassi preċedenti tiegħu li jaċċetta trade marks li jinkludu l-kelma MEDIA għal reklamar flimkien ma’ postijiet oħra “mhux abitwali”.