29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/32
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – Tillotts Pharma vs EUIPO – Ferring (XENASA)
(Kawża T-362/16)
(2016/C 314/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tillotts Pharma AG (Rheinfelden, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “XENASA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 920 055
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 fil-Każ R 3264/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.