22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/52
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 – Brunner vs EUIPO – CBM (H HOLY HAFERL HAFERL SHOE COUTURE)
(Kawża T-367/16)
(2016/C 305/70)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Gerd Brunner (Moosthenning, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Maenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zurich, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “H HOLY HAFERL HAFERL SHOE COUTURE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 988 144
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2943/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO dwar l-oppożizzjoni, mogħtija fl-10 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2943/2014-5)
—
tiċħad l-oppożizzjoni tal-intervenjent, tat-12 ta’ Novembru 2013, ibbażata fuq it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 306 545 u t-trade mark Ġermaniża Nru 302 010 023 903 (Każ B002269325);
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy