29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/34
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 – Bammer vs EUIPO – mydays (Männerspielplatz)
(Kawża T-372/16)
(2016/C 314/46)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Alexander Bammer (Sindelfingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: mydays GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Männerspielplatz” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 534 364
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 fil-Każ R 1796/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-mument meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni f’Settembru 2009;
—
Il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti u adatt id-deċiżjonijiet tal-qrati ta’ Stuttgart bħala valur indikattiv estensiv;
—
Fir-rigward tal-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qrati ta’ Stuttgart; il-Bord tal-Appell ma evalwax b’mod suffiċjenti d-dokumenti tal-2009;
—
Fil-kuntest tal-argumentazzjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li t-trade mark ikkontestata għandha sinjifikat li ma kellhiex fl-2009, peress li l-isem tagħha ma kienx jirreferi għall-prodotti u servizzi rreġistrati;
—
Għaldaqstant, l-imsemmija trade mark hija distintiva u ma għandhiex kontenut deskrittiv fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi rreġistrati.