26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/20
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2016 – Victaulic Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-373/16)
(2016/C 350/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Victaulic Europe (Nazareth, il-Belġju) (rappreżentant: C. Fairpo, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għanuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN), implementata mir-Renju tal-Belġju sa fejn din id-deċiżjoni żbaljatament tikklassifika s-sistema ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed bħala skema, ma tidentifikax b’mod xieraq l-allegata għajnuna mill-Istat, tqis żbaljatament li deċiżjonijiet bil-quddiem dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE u żbaljatament tordan lill-Belġju jirkupra sommom li ma jistgħux jiġu ddefiniti mingħand persuni li rċevew deċiżjoni bil-quddiem dwar it-taxxa taħt is-sistema ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi żbaljatament ikklassifikat is-sistema ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed bħala skema ta’ għajnuna.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli teżamina jekk l-allegata għajnuna effettivament tagħtix vantaġġ.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset li s-sistema ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed hija selettiva.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-obbligu impost fuq il-Belġju li jirkupra l-allegata għajnuna mogħtija jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.