5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/30
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2016 – Sabre GLBL vs EUIPO (INSTASITE)
(Kawża T-375/16)
(2016/C 326/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sabre GLBL, Inc. (Southlake, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “INSTASITE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 882 162
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2016 fil-Każ R 1742/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.