17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/15
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo vs EUIPO – Zanini Porte (silente PORTE & PORTE)
(Kawża T-386/16)
(2016/C 383/21)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo Snc (Caerano di San Marco, l-Italja) (rappreżentant: B. Osti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zanini Porte (Corbiolo di Bosco Chiesanuova, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “silente PORTE & PORTE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 191 425
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 fil-Każ R 240/2015-1.
Talbiet
—
Preliminarjament taċċerta ruħha mill-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell ma osservax il-limiti tal-kawża (extra petita) u konsegwentement tirrinvijja l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju minħabba ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja; b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 1d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96, tal-5 ta’ Frar 1996 kif emendat l-aħħar, li jirrigwarda r-rinviju ta’ kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell li jkun għadu ma tax deċiżjoni;
—
Fil-mertu: tirriforma d-deċiżjoni kkontestata safejn din hija infondata fil-fatt u fid-dritt u konsegwentement, tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell; fi kwalunkwe tordna r-rimbors tal-ispejjeż anki jekk fuq il-bażi ta’ekwità;
—
Għall-finijet ta’ dan l-istadju, tordna l-ġbir tal-proċessi relattivi għall-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni għal dikjarazzjonijiet ta’ invalidità tal-Uffiċċju Nru 000008977 C u ta’ dawk relattivi għar-rikors suċċessiv Nru R0240/2015.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regola 37(b)(i) u tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy