12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/49
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – AIA vs EUIPO – Casa Montorsi (MONTORSI F. & F.)
(Kawża T-389/16)
(2016/C 335/65)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Agricola italiana alimentare SpA (AIA) (San Martino Buon Albergo, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Casa Montorsi Srl (Vignola, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MONTORSI F. & F.” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 681 663
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ April 2016, fil-Każ R 1573/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 53(3) tar-Regolament Nru 207/2009.