Kawża T-390/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Grupo Osborne vs EUIPO – Ostermann (DONTORO dog friendship)
C3642016MT1510120160722MT0011151162
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Grupo Osborne vs EUIPO – Ostermann (DONTORO dog friendship)
(Kawża T-390/16)2016/C 364/11Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Daniel Ostermann (Leipzig, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “DONTORO dog friendship” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Nru 11112381
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 fil-Każ R 2002/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-għoti tat-Trade mark tal-Unjoni Nru 11112381“DONTORO dog friendship” li tinsabfil-klassijiet 18, 20 u 35;
—
tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 11112381“DONTORO dog friendship” li tinsab fil-klassi 35 taħt “servizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut anki permezz tal-internet, artikli tal-ħwejjeġ, żraben u prodotti tessili” u, għaldaqstant, tirrifjuta r-reġistrazzjoni tiegħu fil-klassi 25 u 35 tal-imsemmija servizzi;
—
tikkundanna lil kull min jikkontesta dan l-appell għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu (8)(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy