19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/41
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Windfinder R&L vs EUIPO (Windfinder)
(Kawża T-395/16)
(2016/C 343/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Windfinder R&L GmbH & Co. KG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schneider, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Windfinder” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 350 467
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 1206/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata fis-sens tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 350 467 fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009.