12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/50
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Starbucks vs EUIPO – Nersesyan (COFFEE ROCKS)
(Kawża T-398/16)
(2016/C 335/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Starbucks Corp. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor u J. Schmitt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hasmik Nersesyan (Borgloon, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “COFFEE ROCKS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 881 943
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 559/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-EUIPO fl-24 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 559/2015-4; u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż jew – fil-każ li l-parti l-oħra tintervjeni – li jiġu sostnuti konġuntament mill-konvenut u mill-intervenjenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.