10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/11
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 – Maximum Play vs EUIPO (MAXPLAY)
(Kawża T-400/16)
(2016/C 371/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Maximum Play, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “MAXPLAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 047 963
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2273/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
—
Nuqqas li jittieħed kont xieraq ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea u ta’ reġistrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll ta’ applikazzjoni nazzjonali preċedenti.
Full & Egal Universal Law Academy