19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/42
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Galletas Gullon vs EUIPO – O2 Holdings (Forma ta’ pakkett)
(Kawża T-404/16)
(2016/C 343/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Galletas Gullon, SA (Aguilar de Campoo, Spain) (rappreżentant: M. Escudero Pérez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: O2 Holdings Ltd (Slough, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali (Forma ta’ pakkett) – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 408 424
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Mejju 2016, fil-Każ R 1613/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.