Kawża T-406/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG)
C3642016MT1710120160722MT0014171182
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG)
(Kawża T-406/16)2016/C 364/14Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dogg Label (Marseille, Franza)(rappreżentant: M. Angelier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Patrick Chemoul (Paris, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “JAPRAG” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8820301
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2336/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jilqa’ l-azzjoni għal annullament imressqa mill-kumpannija DOGG LABBEL;
—
tinvalida t-trade mark Komunitarja “JAPRAG” Nru 8820301 fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassijiet 18 u 25, fuq il-bażi tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy