19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/43
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Banco Popular Español v EUIPO – Pledgeling (p)
(Kawża T-407/16)
(2016/C 343/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Banco Popular Español, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. de Justo Bailey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pledgeling LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “p” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 123 147
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 fil-Każ R 1693/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoli 73 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.