14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/46
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 — HX vs Il-Kunsill
(Kawża T-408/16)
(2016/C 419/62)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrent: HX (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: S. Koev, аvukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkonstata li r-rikors huwa ammissibbli u fondat fl-intier tiegħu u li l-motivi kollha invokati fir-rikors huma ġġustifikati;
—
tissuġġetta r-rikors għall-proċedura mħaffa;
—
tiddikjara li l-atti kkontestati jistgħu jiġu annullati parzjalment sa fejn il-partijiet tal-atti li għandhom jiġu annullati jistgħu jiġu sseparati mill-atti fl-intier tagħhom u, għaldaqstant, tannulla:
—
id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, u
—
ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840, tas-27 ta’ Mejju 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ġudizzjarji kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.
1.
L-ewwel motiv: ksur materjali tad-dritt ta’ kull persuna li ma tkunx is-suġġett ta’ prosekuzzjoni jew ta’ sanzjoni darbtejn għall-istess atti (Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).
2.
It-tieni motiv: ksur materjali tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq.
3.
It-tielet motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv: ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
5.
Il-ħames motiv: żball ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill.
6.
Is-sitt motiv: ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ libertà ekonomika.
7.
Is-seba’ motiv: ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet ta’ għajxien normali.
8.
It-tmien motiv: ksur serju tad-dritt għal reputazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy