10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/12
Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-409/16)
(2016/C 371/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrent;
—
tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-410/16, Makhlouf vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy