10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/13
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-410/16)
(2016/C 371/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, previst mill-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), mill-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”), kif ukoll mill-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-motivazzjoni pprovduta mill-Kunsill ma tissodisfax l-obbligu li għandhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea previst mill-Artikolu 6 tal-KEDB, mill-Artikolu 296 TFUE, kif ukoll mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li l-Kunsill allegatament wettaq fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq restrizzjoni inġustifikata u sproporzjonata mill-miżuri kkontestati tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, u b’mod partikolari tad-drittijiet ta’ proprjeta tiegħu previsti mill-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll addizzjonali għall-KEDB u mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tad-dritt tiegħu għar-rispett għar-reputazzjoni tiegħu, previst mill-Artikoli 8 u 10(2) KEDB, tal-prinċipju ta’ preżunjoni ta’ innoċenza, previst mill-Artikolu 6 tal-KEDB u mill-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-libertà ta’ opinjoni tiegħu, prevista mill-Artikolu 10 tal-KEDB, kif ukoll tad-dritt tiegħu għal-libertà ta’ moviment, previst mill-Artikolu 2(2) tal-Protokoll Nru 4 tal-KEDB.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Linji Gwida tal-Kunsill, tat-2 ta’ Diċembru 2005, dwar il-implementazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ miżuri restrittivi (sanzjonijiet) fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea (dokument 15114/05 tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2005).
Full & Egal Universal Law Academy