Kawża T-413/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2016 – Cham vs Il-Kunsill
C3642016MT1920120160731MT0017192202
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2016 – Cham vs Il-Kunsill
(Kawża T-413/16)2016/C 364/17Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cham Holding (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u infondata;
—
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-410/16, Makhlouf vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy