Kawża T-414/16: Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Drex Technologies vs Il-Kunsill
C3642016MT2010120160731MT0018201201
Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Drex Technologies vs Il-Kunsill
(Kawża T-414/16)2016/C 364/18Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat
—
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-411/16, Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunisll.
Full & Egal Universal Law Academy