Kawża T-416/16: Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Othman vs Il-Kunsill
C3642016MT2110120160731MT0020211211
Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Othman vs Il-Kunsill
(Kawża T-416/16)2016/C 364/20Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Razan Othman (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn jirrigwardaw ir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-410/16, Makhlouf vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy