19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/44
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 – Carrera Brands vs EUIPO – Autec (Carrera)
(Kawża T-419/16)
(2016/C 343/59)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Carrera Brands Ltd (Ħong Kong, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) (rappreżentanti: C. Markowsky, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Autec AG (Nürnberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Carrera” – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 630 711
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 278/2015-4
Talbiet
—
tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata u tirriformah fis-sens li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-21 ta’ Jannar 2015;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti għal sospensjoni tal-proċedimenti u
—
sussidjarjament, tibdlu fis-sens li tilqa’ t-talba tar-rikorrenti għal sospensjoni tal-proċedimenti tat-22 ta’ Awwissu 2014, u li ġiet repetuta fil-kuntest tal-appell tal-21 ta’ Mejju 2015;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
—
Ksur tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament Nru 2868/95.