10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/15
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – De Masi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-423/16)
(2016/C 371/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: Professor A. Fischer-Lescano)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-20 ta’ Mejju 2016 dwar applikazzjoni għal aċċess għad-dokumenti tal-grupp Code of Conduct;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Lulju 2016 dwar applikazzjoni għal aċċess għad-dokumenti tal-grupp Code of Conduct;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża u tal-eventwali intervenjenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1)
Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tal-20 ta’ Mejju 2016 u tat-13 ta’ Lulju 2016 jiksru d-dritt għal deċiżjoni xierqa dwar l-applikazzjoni konfermatorja tiegħu, dritt mogħti lilu mid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 15(3) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001
Minbarra dan, ir-rikorrent jafferma li meta rrifjutatlu kwalunkwe aċċess għad-dokumenti fir-rigward tal-grupp “kodiċi ta’ kondotta” (fiskalità tal-impriżi) stabbilit mill-Kunsill, il-Kummissjoni kisret ukoll id-dritt tiegħu li jikkonsulta d-dokumenti tagħha, dritt li huwa ggarantit lilu miż-żewġ dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq.
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ trasparenza previsti mill-Artikolu 4(3) u mir-raba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ma humiex applikabbli f’dan il-każ.
Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ bilanċ u ta’ motivazzjoni kif ukoll interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tad-dokumenti.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy