24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/41
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Footwear)
(Kawża T-424/16)
(2016/C 392/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza) (rappreżentant: C. de Chassey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Crocs, Inc. (Longmont, Colorado, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “Footwear” – disinn Komunitarju Nru 733 282-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-25 ta’ April 2015, fil-Każ R 37/2015-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-disinn Komunitarju Nru 000 733 282-0001l
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament Nru 6/2002.