19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/46
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Karl Hoffmann vs EUIPO (Genius)
(Kawża T-425/16)
(2016/C 343/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Karl Hoffmann (Bad Schwalbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Jonas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Ġenius” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 509 071
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 1631/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.