Rechtssache T-432/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (медведь)
C3642016MT2210120160726MT0022221232
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (медведь)
(Rechtssache T-432/16)2016/C 364/22Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “медведь” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 397 921
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 240/2016 1.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ t-talba tar-rikorrenti għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża.
Motiv invokat
—
It-trade mark kontenzjuża ma hijiex deskrittiva u għandha karattru distintiv.
Full & Egal Universal Law Academy