26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/24
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Sensi Vigne & Vini vs EUIPO – El Grifo (CONTADO DEL GRIFO)
(Kawża T-434/16)
(2016/C 350/30)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Sensi Vigne & Vini (Lamporecchio, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Grifo, SA (San Bartolomé de Lanzarote, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “CONTADO DEL GRIFO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 097 416
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2218/2015-2
Talbiet
—
tibdel kompletament id-deċiżjoni tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2016;
—
tilqa’ r-rikors ineżami filwaqt li taċċetta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni bin-numru 012097416, ippreżentata fit-28 ta’ Awwissu 2003 għall-klassi 33;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-ewwel u tat-tieni istanzi.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.