19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/48
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – Altunis vs EUIPO – Hotel Cipriani (CIPRIANI)
(Kawża T-438/16)
(2016/C 343/66)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Altunis-Trading, Gestão e Serviços, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia, G. Sironi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hotel Cipriani Srl (Venezia, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “CIPRIANI” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 127 870 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 1889/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Hotel Cipriani s.r.l. jew
—
tirrinvija l-proċedimenti lill-EUIPO sabiex dan jottempera ruħu mad-deċiżjoni
—
tirrimoborsa kompletament l-ispejjeż ta’ dan il-proċediment, inklużi l-fażijiet preċedenti quddiem il-EUIPO, favur Altuni.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 15, 42(2) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-użu ġenwin tat-trade mark ta’ Hotel Cipriani.