26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/25
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – holyGhost vs EUIPO – CBM (holyGhost)
(Kawża T-439/16)
(2016/C 350/31)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: holyGhost GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wiedemann u S. Engbrink, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Iżvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “holyGhost” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 757 853
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2867/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.