Kawża T-440/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – Souruh vs Il-Kunsill
C3642016MT2310120160805MT0023231231
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – Souruh vs Il-Kunsill
(Kawża T-440/16)2016/C 364/23Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Souruh SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant::E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors bħala amissibbli u fondat;
—
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni(PESK) 2016/659 tas-27 ta’ Mejju 2016 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-411/16, Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy