24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/42
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Šroubárna Ždánice vs Il-Kunsill
(Kawża T-442/16)
(2016/C 392/55)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Šroubárna Ždánice a.s. (Kyjov, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Osladil, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata li l-Unjoni Ewropea għandha tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ CZK 75 502 534 bħala kumpens għad-danni;
—
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-kundizzjonijiet kollha li jwasslu għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 268 TFUE, flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, ġew issodisfatti:
—
bl-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti rabbata tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li sussegwentement ġew estiżi għall-importazjonijiet mill-Malażja, l-Unjoni Ewropea kisret l-obbligi tagħha taħt is-sħubija tad-WTO, imniżżla speċifikament fil-ftehim anti-dumping;
—
il-ksur tal-ftehim anti-dumping wassal għal ksur tal-Artikolu 216(2) TFUE;
—
bħala riżultat tal-azzjoni illegali tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrenti ġarrbet danni għall-ammont ta’ CZK 75 502 534;
—
kien hemm ness kawżali bejn l-ammont tad-danni u l-aġir illegali tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy