26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/27
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Pirelli Tyre vs EUIPO – Yokohama Rubber (Rappreżentazzjoni tal-wiċċ ta’ barra ta’ tajer)
(Kawża T-447/16)
(2016/C 350/33)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T. Müller u F. Togo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Yokohama Rubber Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni tal-wiċċ ta’ barra ta’ tajer – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 319 176)
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 fil-Każ R 2583/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn iddikjarat it-trade mark invalida u kkundannat lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b)(e) u (ii) tar-Regolament Nru 207/2009.