17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/17
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2016 minn Elia Fernández González mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-121/15, Fernández González vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-455/16 P)
(2016/C 383/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Elia Fernández González (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u É. Boigelot, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-TSP (Imħallef uniku) fil-Kawża F-121/15, u mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2016 fil-kawża Elia Fernandez Gonzalez vs Il-Kummissjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti quddiem il-TSP
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju uniku, ibbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti mis-sentenza appellata, u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jirriżultaw f’motivazzjoni żbaljata fid-dritt. L-appellanti tikkontesta b’mod partikolari l-punti 29 sa 31 tas-sentenza appellata, kif ukoll il-punti 36 sa 39.