24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/42
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-459/16)
(2016/C 392/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, Abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059, tal-20 ta’ Ġunju 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn tikonċerna lir-Renju ta’ Spanja, fir-rigward ta’ ċerta għajnuna għas-superfiċje, u li teskludi somm ta’ EUR 262 887 429,57.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv maqsum f’żewġ partijiet.
1.
Ir-rikorrent isostni li l-korrezzjoni b’rata fissa imposta mill-Kummissjoni jikser l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni war il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1) kif ukoll il-Linji Gwida tal-1997 (Dokument VI/5330/97) dwar il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi imposta korrezzjoni ta’ 25 % jew ta’ 10 %. Dan il-ksur jinvolvi setgħa eżorbitanti tal-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali.
—
Fl-ewwel lok, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li d-diversi korrezzjonijiet b’rata fissa jiksru l-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, moqri fid-dawl tal-Linji Gwida tal-1997 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni ma għandhiex indizji serji u raġonevoli sabiex tasal għall-konklużjoni li korrezzjoni finanzjarja ta’ 25 % għandha tiġi imposta fir-rigward tal-mergħat bis-siġar għas-snin 2009 sa 2013, ħlief fir-rigward tal-mergħat bis-siġar ta’ ħames komunitajiet awtonomi għall-2009, li għalihom jitqies li l-Artikolu 73a(2)a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tar-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243) huwa applikabbli.
L-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw ukoll l-applikazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % għas-snin 2009 sa 2013 fir-rigward tal-mergħat mħawla bl-arbuxelli u għall-2009 fir-rigward tal-mergħat bis-siġar msejħa “dehesa”.
—
Fit-tieni lok, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, peress li tinjora l-Artikolu 73a(2)a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 137 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003
Full & Egal Universal Law Academy