10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/24
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 minn HI mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-133/15, HI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-464/16)
(2016/C 371/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: HI (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2016 mogħtija fil-Kawża F-133/15 u tiddeċiedi l-kawża hija stess;
—
alternattivament, tirrinvijja l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrent jinvoka ebra’ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea marbut mal-obbligu ta’ motivazzjoni u mad-drittijiet tad-difiża, safejn l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea ma speċifikatx b’mod iddettaljat ir-raġunijiet li jiġġustifkaw id-deċiżjoni tagħha li timponi fuq ir-rikorrent, bħala sanzjoni dixxiplinari, tnaqqis ta’ żewġ gradi fl-istess grupp ta’ funzjonijiet.
2.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea allegatament imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il-quddiem it-“TSP”) inkonnessjoni mal-osservanza ta’ terminu raġjonevoli, mad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll mal-obbligu ta’ motivazzjoni. Barra minn hekk, it-TSP allegatament żnatura l-fatti u l-provi.
3.
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi kif ukoll fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, allegatament mwettqa mit-TSP.
4.
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mwettaq mit-TSP.
Full & Egal Universal Law Academy